Festa 2010

Xoghol gdid ghal festa 2010

  

 

Inawgurazzjoni tas-Sala Dun Karm Bologna u l-Arkivju tal-Muzika fil-Kazin tal-Banda Kristu Re

  

Fl-Okkazjoni ta` Gheluq il-100 Sena mit-Tigdid tas-Socjeta` Filarmonika GM Fra Ant. De Paule , saret l-Inawgurazzjoni tas-Sala "Dun Karm Bologna" u l-Arkivju tal-Muzika.

Il-Ftuh ta` dan l-arkivju sar mill-E.T. Il-President tar-Republika ta` Malta , Dr. George Abela u imbierka mill-E.T. Arcisqof ta` Malta , Mons Pawlu Cremona O.P. , nhar is-Sibt 10 ta` Lulju 2010 .......   jumejn qabel ma` il-Parrocca tfakkar il-100 Sena ta` hajja bhala Parrocca.

 

 

 

 Il-Wasla tal-mistednin distinti

 

 

 Il-Ftuh ufficjali ta` l-arkivju

 

 

 

 

 

 

 

Diskorsi ta` l-Okkazjoni

 

  

 

  Iz-zewg Presidenti taz-zewg baned f`Rahal Gdid ma` l-ET l-Arcisqof

 

 

 Il-President u l-Arcisqof jaraw l-arkivju

 

 

 

 

 

 

 

Inawgurata l-Kolonna ta` Kristu Re mill-Kazin Socjali u Kulturali Kristu Sultan, Banda Paola 

 

 

 

Is-Sibt 17 ta` Lulju giet inawgurata l-Kolonna ta` Kristu Re ,  tal-Kazin Socjali u Kulturali Kristu Sultan,  Banda Paola li tintrama ezatt quddiem il-Kazin fi Triq Guze` D`Amato.

Il-Programm ta` din l-Okkazjoni kien jikkonsisti f`indirizz ta` merhba mill-President ta` l-Ghaqda, Dr. Anton George Buttigieg, messagg minn Kan Mario Agius li hu id-direttur Spiritwali ta` l-istess ghaqda u wara sar il-kxif Ufficjali tal-Kolonna u giet imbierka .

Din il-Kolonna zgur li qedha izzid ma` l-armar sabih li ghandna fil-Festa ta` Kristu Re. Wiehed jista jinnota l-arti f`din il-Kolonna , xoghol l-artist Renzo Gauci, ix-xoghol ta` induratura u irhamar.

Hafna mix-xoghol fuq dan il-progett specjali ghac-Centinarju tal-Parrocca sar mill-membri ta` l-ghaqda stess , specjalment minn Omar Cassar. Prosit lil dawk kollha li hadmu sabiex dan il-progett ikun lest ghal din is-sena specjali.

Diskors mill-President ta` l-Ghaqda

 

   

Il-Ftuh Ufficjali tal-Kolonna

 

It-tberik taghha

 

Il-Kolonna

 

Prezentazzjoni ta` zewg pitturi ghall bandalori hdejn il-kazin

 

In-nies prezenti ghal din l-okkazjoni

 

Recent Blog Entries

No recent entries

Recent Videos

No recent videos